IL-PAĠNA TA'
FONZU L-FENEK
Min Jiena?

Merħba...
Jiena jisimni Fonzu l-Fenek u noqgħod Ħ’Attard, Malta. Għadni mmur l-iskola u l-ikbar ħbieb tiegħi huma Lola n-Nannakola, Miċu l-Qattus u Benna l-Baqra. Jiena l-iskola nħobbha għax nieħu gost nitgħallem affarijiet ġodda. Inħobb ħafna naqra bil-Malti u bl-Ingliż, naħdem is-somom, nagħmel l-esperimenti u anke nitgħallem dwar l-istorja u dwar is-saħħa. Wara l-iskola jew fi tmiem il-ġimgħa, immur nimxi fil-kampanja jew dawra bir-rota. Inħobb nilgħab bil-ballun, speċjalment ma’ Lola u Miċu. Inħobb ukoll insajjar. In-nanna għallmitni ħafna riċetti tradizzjonali, imma l-hena tiegħi nivvinta r-riċetti ġodda: Tadam mimli bl-irkotta, ġelat bil-jogurt, kebabs tal-ħaxix u l-frott, u bosta oħrajn. Xi ħaġa li tassew inħobb hija li nieħu r-ritratti tal-postijiet storiċi u naturali mill-isbaħ li għandna madwar Malta u Għawdex. Meta jiġu kuġini jew ħbieb minn barra, dejjem neħodhom xi dawra u mbagħad filgħaxija immorru nieklu f’xi ristorant. Eh, bilħaqq... inħobb niżfen ukoll!
FIL-QOSOR
Jagħlaq Sninu
26 ta' Marzu
Joqgħod
Ħ'Attard, Malta
Ikel Favorit
Ħaxix u frott
Xorb Favorit
Ħalib u ilma
Passatempi
Jaqra, jiġbed ir-ritratti, idur
bir-rota, jimxi fil-kampanja,
u jqatta' xi weekend Għawdex
Film Favorit
Madagascar
Ktieb Favorit
Stejjer minn Ikelandja
L-Akbar Ħbieb
Lola n-Nannakola
Miċu il-Qattus
Benna l-Baqra