top of page

IRBAĦ LOGĦBA TA’ FONZU L-FENEK

Ħu sehem fil-kompetizzjoni tagħna fuq Facebook u idħol biċ-ċans li tirbaħ logħba sabiħa ta’ Fonzu l-Fenek.

Biex tipparteċipa huwa sempliċi u faċli...

 

1. Agħżel l-istampa favorita tiegħek minn wieħed mill-kotba fis-sensiela ‘abċ ma’ Fonzu l-Fenek’.

2. Agħti l-kulur lill-istampa billi tuża lapsijiet, crayons jew markers.

3. Itlob lil xi ħadd jieħu ritratt tiegħek qed iżżomm l-istampa lesta.

4. Ibgħatu lil fonzulfenek@gmail.com flimkien ma’ ismek, l-età, u numru tat-telefon.

 

Ir-ritratti kollha se jittellgħu fuq il-paġna ta’ Fonzu l-Fenek fuq Facebook.

 

Rebbieħ wieħed jittella’ bix-xorti fost dawk li jibagħtu r-ritratt tagħhom sad-data tal-għeluq u jirċievi l-logħba ta’ Fonzu l-Fenek li titwasslilhom id-dar minn Fonzu innifsu. *

 

Ħames parteċipanti oħra mtella’ bix-xorti jirbħu premju ta’ konsolazzjoni li jikkonsisti fil-ktieb il-ġdid         
abċ ma’Fonzu l-Fenek - Ktieb 4’ li se joħroġ dalwaqt.

 

Data tal-Għeluq: 30 ta’ Ġunju 2017.

 

M’hemmx bżonn li tixtri biex tieħu sehem.

 

Il-premijiet mhumiex trasferibbli u ma jistgħux jinbidlu ma’ flus kontanti.

 

Kotba fis-sensiela 'abċ ma’ Fonzu l-Fenek' jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba ewlenin madwar il-Gżejjer Maltin. Għal lista aġġornata ta’ ħwienet, ikklikkja hawn.

 

* Fonzu iwassal personalment f'Malta u Għawdex biss. Jekk ir-rebbieħ jgħix barra l-pajjiż, il-premju jirċevih bil-posta.

F'għeluq id-disa' snin mit-tnedija tal-kanzunetta ta' FONZU L-FENEK, stedinna lit-tfal biex jibagħtulna filmati tagħhom qed ikantaw din il-melodija popolari. Għaqqadna l-filmati flimkien biex ħloqna dan il-vidjo divertenti. Ħudu gost doqquh u kantaw miegħu!

Tistgħu issibu l-vidjo oriġinali ta' Fonzu l-Fenek hawnhekk:
https://youtu.be/261OoBDrCXQ

_____________________________________________________________________________

To mark the 9th anniversary since the launch of the FONZU L-FENEK song, we invited children to send us videos of themselves singing the popular melody. We put them together to create this fun compilation video. Enjoy playing it and singing along!

You can find the original Fonzu l-Fenek video here:
https://youtu.be/261OoBDrCXQ

 

bottom of page